Sport Sport Ieħor

Lewandowski u Swiatek jirbħu l-aqwa unuri fl-AIPS Europe Awards

(Ritratt: Matthew Childs/AFP)

Għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu l-attakant Pollak ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski ġie magħzul bħala l-European Sportsman of the Year fl-AIPS Awards. Lewandowski ġie magħzul għal dan l-unur minn diversi ġurnalisti fost 43 assoċjazzjoni differenti li jifformaw parti minn AIPS Europe.

Min naħa l-oħra it-tennista Pollakka li rebħet l-Open ta’ Franza 2020 għall-ewwel darba fil-karriera tagħha, Iga Swiatek, rebħet l-unur tal-European Sportswoman of the Year 2020. Isegwu lil Lewandowski fit-tieni u t-tielet post ġew iċ-Champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton kif ukoll ir-rebbieħ predeċissur tal-unur fl-2019, it-tennist Spanjol Rafael Nadal. Fil-kategorija tan-nisa segwew lil Swiatek l-iskier Taljana federica Brignone u l-attakanta Olandiża ta’ Arsenal WFC Vivienne Miedema. Din kienet it-38 votazzjoni annwali tal-AIPS Europe u bħala l-akbar sezzjoni fi ħdan l-organizzazjoni AIPS kienet mwielda fil-Kungress tal-AIPS li sar f’Milan fl-1977. Mill-2003 l-unur annwali ingħata l-isem ta’ the Frank Taylor Trophy fl-unur tal-eks President tal-AIPS u l-UEPS. Eventwalment the European Sportswoman award ġie msemmi għall-eks uffiċjal fi ħdan il-UEPS Evgen Bergant.