Lokali

Maleck – żagħżugħ li ma jaqta’ qalbu qatt

Maleck… zaghzugh ta’ 16-il sena.. b’ambizzjoni li jagħmel l-o’levels u jkompli jistudja dwar is-social policy.

Net News iltaqa ma’ Lucienne omm Maleck, Maleck u l-kelba Muffin.. kelba li hija ta’ wens kbir lejn din il-familja….

Staqsejna lil Lucienne dwar l-importanza li kellha d-Dar tal-Providenza għal dan iż-żagħzugh li twieled ta’ sitt xhur u nofs u li wara aktar minn sena ndunaw li jbati b’diżabbilta’. Bid-dmugħ f’għajnejha.. Lucienne tkellmet magħna dwar is-sapport li ta Dun Martin Micallef kemm lilha u anke lil Maleck

Min-naħa tiegħu, huwa tkellem magħna għalfejn f’qalbu id-Dar tal-Providenza għandha post verament speċjali.

Maleck ried jgħaddi messaġġ lil poplu Malti u Għawdxi sabiex jirringrazzjahom tad-donazzjonijiet li jagħtu lid-Dar tal-Providenza sabiex din tkun tista’ tibqa’ tgħin żgħażagħ u nies oħra li jkollhom bżonn.