Lokali

One News kritikati għall-mossa politika

“Qed inbatu u jitkellem hekk?”

“Bdejt nisimgħu u nrodd is-slaleb.”

“Għami wara partit politiku.”

Kienu dawn ftit mill-ħafna kummenti fuq artiklu ppublikat mill-kamra tal-aħbarijiet tas-Super 1 li waqt intervista li saret ma’ sid ta’ bar jgħid li l-Gvern kien ta’ spalla għas-sidien tal-bars u l-każini fiż-żmien tal-pandemija.

“Kuntent li ħa jagħtina xi ħaġa mhux qabad u ma tax kasna. Ma telaqniex għal rieħna bħal pajjiżi oħrajn,” jgħid sid partikolari ta’ bar.

Dan il-kumment waqt l-intervista li saret wassal għal agħa kbira minn sidien oħra ta’ barijiet fejn ikkritikaw kif il-Gvern injora t-talba tagħhom biex jibqgħu għaddejjin minn ġurnata għall-oħra.

“Fl-aħħar ġimgħat il-Prim Ministru żamm kuntatt personali kontinwu mas-sidien tal-bars u fehem il-bżonn ta’ aktar sostenn,” jgħid l-artiklu maħruġ mill-One. Iżda kumment ta’ persuna partikolari jgħid li l-Prim Ministru kellimhom biss darba u ma wera l-ebda tip ta’ diżpjaċir jew ta l-għajnuna tiegħu.

Kumment ieħor kien jindirizza lill-Gvern bħala gvern li jaħseb biss fis-sinjur u jinjora lil dawk li jipprovaw jgħixu minn ġurnata għall-oħra filwaqt li jsostnu lil familthom.