Il-programm numru 11 mis-serje SPORT EXTRA, l-ewwel wieħed għas-sena 2021 ser jiġbor fiħ uħud mill-mistiedna ewlenin , protagonisti matul l-2020 u li kienu ntervistati fil-programm. Intervisti esklussivi ma personalitajiet ta’ fama internazzjonali li matul l-2020 għamlu aktar minn qabel il-programm SPORT EXTRA bħala l-programm ewlieni multi-sport.
Fl-ewwel parti tal-programm ta’ llum Ahmed Ragab u Aly Badawy li fl- ibburdjar il-mira tagħhom huma l-Olimpijadi ta’ Tokjo . Silta mill-intervista ma’ Joe Caruana – il-bniedem li beda il-judo hawn Malta kif wkoll ma’ Kenneth Schunken – Direttur Generali ta’ Taekwondo Europe.
Fit-tieni parti tal-programm l-ewwel intervista hija ma’ Gianni Merlo – President tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-isport A.I.P.S kif wkoll ma’ Agnes Kovacs – Champion Olimpika tal-għawm għall-Ungerija, rebbieħa ta’midalja tad-deheb f’Sydney fl-2000 u dik tal-bronż f’Atlanta fl-1996. L-aħħar parti tal-programm ma’ tlett protagonisti Maltin : Neil Agius li qasam bl-għawm bejn Sqallija u Malta , Fabio Spiteri – atleta ta’ endurance jissupera lilu nnifsu kif wkoll il-boxer Haithem Laamuz – champion tal-Ewropa Super featherweight .SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri.
//= $special ?>