Sport Sport Ieħor

Ryan Garcia jegħleb lil Luke Campbell b’knock-out

Il-Boxer Amerikan Ryan Garcia għeleb li Brittaniku Luke Campbell fis-seba’ round b’K/O f’Dallas Texas biex b’hekk rebaħ it-titlu tal-Interim WBC Lighteweight. Luke Campbell irnexxielu jwaqqa’ lil Garcia għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu fit-tieni round tal-ġlieda, iżda l-Amerikan irnexxielu jirkupra u rebaħ il-ġlieda fis-seba’ round meta Campbell ma rnexxielux jqum wara ‘bodyshot’ b’saħħtu ta’ Ryan Garcia.

Meqjus bħala wieħed mill-aqwa boxers żgħażagħ ta’ bħalissa Garcia għandu rekord impekkabli fejn iġġieled 21 darba u rebaħhom kollha, bi 18 minnhom jirbaħhom permezz ta’ knock-out. B’din ir-rebħa Garcia witta it-triq sabiex jiġġieled liċ-champion renjanti tad-WBC Devin Haney kif ukoll lill-boxer promettenti Gervonta Davis li ħafna jqiesuh bħala l-aktar boxer viċin tal-leġġenda Floyd Mayweather. Bosta huma dawk li ferħu lil Ryan Garcia ta’ din ir-rebħa fosthom il-boxer famuż Canelo Alvarez li kien preżenti ġewwa Texas sabiex jagħti is-sapport lil dan il-boxer żagħżugħ.