Żewġ anzjani ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ttajru minn vettura li kienet qed tinstaq f’Għar Lapsi għall-ħabta tat-3.15 ta’ wara nofsinhar.
L-anzjani, raġel ta’ 62 sena u mara ta’ 64 sena minn Marsaskala kienu qiegħdin biswit ristorant meta għal xi raġuni ġew imtajra minn vettura li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 51 sena minn Ħal Qormi.
Minnufih fuq il-post issejħu membri tal-Pulizija, tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu lill-vittmi, fejn permezz ta’ ambulanza ttieħdu l-Isptar għall-iktar kura. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>

