Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 148 każ ġdid – ifiqu 111

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 148 każ ġdid, u b’hekk sfortunatament kif kien imbassar mill-esperti mediċi, qed tissokta ż-żieda fil-każi ta’ Covid-19 f’pajjiżna fl-ewwel jiem tas-sena l-ġdida. Dan hekk kif fl-aħħar sebat’ijiem kellna 804 każi ġodda – l-ogħla żieda fl-aħħar 5 ġimgħat.

Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa, sabiex b’hekk il-każi totali minn Marzu ‘l hawn żiedu għal 13, 230.

Dan filwaqt li 111-il persuna fiequ mill-virus bl-ammont totali ta’ persuni mfejqa jiżdied għal 11, 386.

Ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19, żewġ nisa, bl-ammont totali ta’ vittmi huwa dak ta’ 222.

Dan kollu jfisser li l-ammont ta’ persuni attivi bil-virus żied għal 1,622.

Mill-85 każ imħabbar tul il-jum tal-Ħadd; 17-il każ kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 4 każi minn fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi u 5 każi minn attivitajiet soċjali.

Dan ifisser li 57 persuna ma jafux minn fejn jew mingħand min ġew infettati bil-virus.