Lokali

Ġrieħi gravi waqt li kien għaddej b’xogħolu f’Għawdex

Raġel Tork kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li ndarab fuq il-post tax-xogħol.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11 tat-Tnejn filgħodu waqt li kien qiegħed jaħdem fi Triq l-Ewropea, fir-Rabat Għawdex, meta għal xi raġuni l-vittma żelaq u waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qiegħed iħott xi merkanzija.

Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-barrani l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.