Futbol Sport

Haley Bugeja mal-għaxar plejers li għandhom ikunu segwiti fl-2021

Il-plejer ta’ Sassuolo u t-tim nazzjonali Malti Halye Bugeja kienet fost l-aktar għaxar plejers femminili li fl-2021 għandhom ikunu segwiti skond is-sit tal-UEFA.

Bugeja hija waħda mill-iżgħar li tissema f’din il-lista hekk kif għad għandha biss 16-il sena. Fil-partita kontra l-Ġorġja, Bugeja skorjat hat-trick f’rebħa li t-tim nazzjonali Malti wettaq f’Tbilisi ta’ 4-0 biex saret l-iżgħar plejer li qatt skorjat hat-trick f’partita ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA.

Haley Bugeja skorjat fit-tliet rebħiet li t-tim nazzjonali Malti tan-nisa kiseb matul din is-sena u kienet ukoll strumentali fl-istaġun mill-aqwa li qed ikollu t-tim ta’ Sassuolo fis-Serie A Femminile wara li ngħaqdet magħhom mingħand il-klabb lokali Mġarr United.

Ara l-lista tal-għaxar plejers femminili li għandhom ikunu segwiti fl-2021 fil-link: https://www.uefa.com/womenschampionsleague/news/0265-113ed05116bb-37613b8c0547-1000–ten-women-s-players-to-watch-in-2021/?fbclid=IwAR3dz9rdUrUOsO2099JiPKVO9ESj2CLLT8Rr8JhVSRoI-1-q0ScoOw8_drU&iv=true