Kurżitajiet Lokali

Illejla fuq Net TV, nerġgħu naraw lil Monica Attard

Wiċċ Monica Attard fuq Net TV bla ebda dubju mhux ġdid… Monica llejla se tkun mill-ġdid fuq l-istazzjon għal intervista ta’ ftit anqas minn siegħa waqt il-programm PROFILI.

Ir-rakkont bla ebda dubju tul il-programm żgur mhux se jonqos, bil-profil innifsu tgħidilna ħafna minn dak li għamlet f’ħajjitha… b’xi praspura ma tonqosx.

Darba waqt li kienet qed tippreżenta ġratilha praspura ħelwa, inkunu onesti… l-arloġġ tradiha… u anki waqt reċta partikolari qaltilna kif l-udjenza f’waqtiet tipparteċipa.

PROFILI | Illejla fid-8.45PM fuq Net Television.