Sport Sport Ieħor

Nasser al-Attiyah jirbaħ it-tieni stadju tad-Dakar Rally

Is-sewwieq mill-Qatar Nasser al-Attiyah ta’ Toyota rebaħ it-tieni stadju tad-Dakar Rally fl-Arabja Sawdija lbieraħ, fejn irnexxielu jgħeleb lir-rivali Stephane Peterhansel u Carlos Sainz ta’ X-raid Mini li daħlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament fil-kategoija tal-karozzi. Huma kienu segwiti minn Yazeed Al Rajhi ta’ Toyota u Mathieu Serradori ta’ Century.

It-tliet darbiet rebbieħ tad-Dakar rebaħ l-istadju fuq distanza ta’ 457 kilometru minn Bisha sa Wadi ad-Dawasir f’erba’ siegħat, tliet minuti u 14-il sekonda. Sainz, li huwa r-rebbieħ tal-istaġun li għadda rebaħ l-ewwel stadju nhar il-Ħadd fuq distanza ta’ 623 kilometru minn Jeddah sa Bisha.

Fil-kategorija tal-muturi, Joan Barreda kiseb il-25 rebħa wara li rebaħ it-tieni stadju, biex b’hekk telgħa fil-quċċata tal-klassifika ġenerali. Huwa rebaħ l-istess distanza tal-kategorija tal-karozzi bi tliet minuti u 55 sekonda fuq ir-rebbieħ renjanti ta’ Honda Ricky Brabec. Fit-tielet post daħal Ross Branch ta’ Yamaha. Fir-raba’ u l-ħames post daħlu Pablo Quintanilla u Xavier de Soultrait ta’ Husqvarna.