Lokali Qorti

Żagħżugħ ta’ 17-il sena jinżamm arrestat

Żagħżugħ ta’ 17-il sena, mill-Qala, Għawdex, nżamm taħt arrest wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana akkużat li fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu kif ukoll fil-jiem ta’ qabel ta fastidju, ħoloq biża u hedded lil żewġ persuni.

Huwa kien akkużat ukoll li ftit tas-sigħat qabel, fit-2 ta’ Jannar għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħaxija, saq vetura mingħajr liċenzja kif ukoll b’mod traskurat u perikoluż kif ukoll li kiser l-ordni ta’ probation.

Filwaqt li ż-żagħżugħ ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, huwa ma ngħatax il-libertà proviżjora.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.