Coronavirus Lokali Saħħa

158 każ ġdid pożittiv

Ifiqu 74 persuna oħra

U f’dawn l-aħħar jiem pajjiżna qed jerġa’ jirreġistra żieda sostanzjali ta’ każi pożittivi ġodda, fejn il-każi attivi qed ikomplu jiżdiedu.

Fl-aħħar 24 siegħa kienu mħabbra 158 każ ġdid, filwaqt li fiequ 74 persuna oħra.

Mill-każi ġodda mħabbra, 30 persuna ħadu dan il-virus mill-qraba, 8 ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol, 16-il persuna kellhom kuntatt ma’ persuni pożittivi filwaqt li għaxra ħadu dan il-virus wara li attendew għal attività soċjali. Il bqija tal-każi kienu kollha sporadiċi.