Lokali

Anthony D’Amato jingħata l-aħħar tislima

Dalgħodu, fil-Bazilika tal-Karmnu fil-Belt Valletta ngħatat l-aħħar tislima lil Anthony D’Amato. Huwa miet fl-età ta’ 75 sena.

Anthony ….flimkien ma’ ħutu John, Joseph u George jibqa’ sinonimu …mal-ħanut tad-diski ta’ D’Amato fi Triq San Ġwann fil-Belt Valletta – negozju li beda minn missieru Giovanni D’Amato fl-1885 u huwa meqjus bħala wieħed mill-eqdem ħwienet ta’ dan it-tip fl-Ewropa, jekk mhux fid-dinja.

Filfatt il-ħanut tad-diski ta’ D’Amato kulħadd jaf fejn qiegħed – kien, u għadu, fost il-ħwienet l-aktar imfittxija minn dawk dilettanti vera tal-mużika. Il-familja D’Amato minn dejjem kienet xprun għall-mużika kollha iżda aktar u aktar għall-mużika lokali.

Anthony D’Amato, deskritt minn ħafna bħala persuna umli, kalm, metikoluż… dejjem lest biex jgħin… kien ilu jagħti daqqa t’id f’dan il-ħanut minn mindu kellu 14-il sena. Huwa kien imur il-ħanut kuljum sakemm irtira, izda anke wara li rtira baqa’ jmur jgħin.

Il-mewt ta’ Anthony D’Amato li tista’ tgħid qatta’ ħajtu jaqdi l-klijenti f’dan il-ħanut fil-qalba tal-Belt.. ħasdet lil ħafna li kienu jafuh… iżda l-legat li ħalla se jiżgura li ta’ D’Amato jibqgħu jimlew il-ħajjiet tal-klijenti tagħhom bil-mużika.