Lokali

“Bżonn ta’ sistema bilgħaqal għall-ftuħ tal-iskejjel” – UPE

“Mhux għaqli li l-iskejjel jerġgħu jinfetħu wara l-vaganzi tal-Milied kif kien pjanat mingħajr ebda tip ta’ sistema b’mod bilgħaqal għall-ftuħ tal-iskejjel.”

Kien dan kliem il-Kap Eżekuttiv tal-UPE Voice of the Workers, Graham Sansone indirizzat lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Justyne Caruana bl-għan li tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, edukaturi u studenti.

Sansone qal li hemm bżonn sistema kif se jaħdmu biex ma jkunx hemm dħul ta’ ħafna studenti f’daqqa fl-istess ħin. Dan filwaqt li jkun hemm kontroll tat-tixrid tal-virus jekk il-COVID jasal f’xi skejjel.

Il-messaġġ li għadda il-Kap Eżekuttiv tal-UPE Voice of the Workers: