Net News jista’ jikkonferma li kmieni dalgħodu l-eks Sindku Laburista tar-Rabat Charles Azzopardi kien l-ewwel illi tefa’ n-nomina tiegħu għall-Elezzjoni Każwali li se ssir bħal-lum ġimgħa fuq is-7 Distrett Elettorali. Din l-elezzjoni se ssir minħabba li Edward Scicluna – wara ħafna tkaxkir tas-saqajn – irriżenja minn Membru Parlamentari.
Dawk il-kandidati li kkontestaw is-Seba’ Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mil-lum sas-Sibt 9 ta’ Jannar, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt, bejn id-9am u nofsinhar.
Il-Kummissjoni Elettorali ikkonfermat li l-għadd tal-voti se jsir fis-Sala tal-Għadd tal-Voti n-Naxxar, nhar it-Tlieta, t-12 ta’ Jannar, mit-8.30am ’il quddiem.
//= $special ?>