Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Jitilfu ħajjithom erba’ persuni oħra

Il-vittmi kawża tal-COVID-19 jitilgħu għal 226.

Dan hekk kif fl-aħħar sigħat tilfu ħajjithom erba’ pesuni oħra minħabba din il-pandemija. S’issa, mill-bidu tas-sena diġà kellna seba’ fatalitajiet kawża ta’ dan il-virus.

L-ewwel każ huwa ta’ anzjana ta’ 96 sena, li kienet ikkonfermat pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Diċembru. Hija mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Care Facility. 

Fit-tieni każ anzjana ta’ 71 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-1 ta’ Jannar, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tielet każ huwa ta’ anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Diċembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

Fir-raba’ każ anzjana ta’ 85 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.