Sirens…………………………………..2
Birkirkara…………………………….4
Sirens: D. Cassar, W. Oliveira, S. dos Anjos, W. Domoraud, J. Walker, A. Borg, S. Tounkara, R. Scicluna, T. Agius (R. Romao 86’), A. Bustos (M. Mifsud 77′), T. Espindola
Birkirkara: A. Guarnone, E. Pepe, Y. Yankam, L. Montebello, P. Mbong (C. Prado 65′), R. Briffa, F. Falcone, C. Attard, C. Bonanni, O. Carniello, A. Paixao (F. Verde 87′)
Referee: D. Agius
Assistent Referee: L. Portelli, T. Debono
Birkirkara komplew bil-mument pożittiv tagħhom hekk kif għelbu lil Sirens 4-2 biex b’hekk telgħu fir-raba’ post tal-klassifika. Birkirkara marru fil-vantaġġ fis-26 meta minn corner ta’ Alex da Paixao kien OSCAR CARNIELLO li xeħet ġewwa għal 1-0.
Minuta biss wara Sirens ġabu d-draw permezz ta’ SAMBA TOUNKARA li approfitta minn żball fid-difiża ta’ Birkirkara. Sirens irnexxielhom jdawwaru l-iskor favurihom meta fid-39 minuta kien WELLINGTON DE OLIVEIRA li xeħet ġewwa fuq corner ta’ Tounkara. Birkirkara ġabu l-iskor indaqs fl-44 minuta permezz ta’ PAUL MBONG li kkonkluda wara li l-konklużjoni ta’ Falcone kienet parzjalment imblokkata.
Birkirkara ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u fid-49 minuta kien FEDERICO FALCONE li għamilhom 3-2 wara li rċieva mingħand Luke Montebello. It-tim ta’ Andre Paus aċċerta mit-tliet punti fil-ħin mogħti żejjed permezz ta’ LUKE MONTEBELLO li ra l-konklużjoni tiegħu tkun devjata għal wara Cassar.
//= $special ?>