Futbol Sport

Ikompli l-perjodu negattiv ta’ Balzan

Balzan……………………1

Santa Lucia……………..1

Balzan: V.Vranes, A.Loof, S.Arab, P.Fenech, S.Pisani, M.Johnson(G.Camilleri 51’), A.Effiong(E.McWoods 78’), U.Ljubomirac, S.Dimic(W.Gomes 78’), S.Cipriott(M.Grima 66’), M.Kamara

Santa Lucia: C.Farrugia, T. Tabone Desira, A.Prates, K.Correia, A.Magri Overand (G.De Araujo 58’), A. Da Silva(M.Camilleri 85’), K. Rosero, L.Filho, J.Zerafa, R.Tachikawa, K.Xuereb

Referee : G.Tonna 

Assistenti Referees: E.Spiteri, J.Muscat  

Ikompli l-perjodu negattiv ta’ Balzan meta għal għaxar partita konsekuttiva naqsu milli jieħdu t-tliet punti wara li temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Santa Lucia. Iż-żewġ timijiet ħarġu fuq l-offensiva u l-ewwel azzjoni perikoluża waslet fis-7 minuta meta wara pass ta’ Overand, Rosero prova xutt bid-dawra li spiċċa ftit għoli mil-lasta ta’ Balzan. Santa Lucia reġgħu kienu viċin il-gowl fis-16 –il minuta meta freekick Rosero impenja lill-gowlkiper Vranes bid-difiża ta’ Balzan tneħħi l-periklu.

Madanakollu fit-28 minuta Balzan imorru fil-vantaġġ meta fuq freekick ta’ Pisani MICHAEL JOHNSON bir-ras tefgħa wara Farrugia għal 1-0. Santa Lucia irreagixxew mil-ewwel permezz ta’ xutt ta’ Kieran Xuereb li b’diffikulta Vranes tefgħa f’corner. Mill-istess corner ta’ Tachikawa, fit-32 minuta Santa Lucia ġabu id-draw meta CORREIA sab ruħu żmarkat fil-kaxxa u b’daqqa ta’ ras stupenda għamel l-iskor 1-1. Santa Lucia setgħu irduppjaw fis-36 minuta meta fuq cross fil-baxx ta’ Tachikawa Balzan naqsu milli jbiegħdu l- periklu bil-ballun jaqa’ għand Magri Overand li min pożizzjoni faċli tefgħa gholi.

Fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima Santa Lucia reġgħu kienu viċin meta ix-xutt fil-baxx ta’ Rosero għadda jħakkek mal-lasta biex l-ewwel taqsima spiċċat 1-1. Fit-tieni taqsima Balzan ħarġu jfittxu il-gowl madankollu ftit li xejn ħolqu periklu lejn il-lasti ta’ Santa Lucia. Fit-68 minuta Santa Lucia reġgħu kienu perikolużi meta fuq pass ta’ Rosero kien De Araujo li ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi gholi. Santa Lucia baqgħu jattakkaw u fl-74 minuta il-gowlkiper Vranes salva tajjeb fuq xutt mill-isbaħ ta’ De Araujo. Għal darba oħra Santa Lucia reġgħu kienu viċin il-gowl meta minn cross ta’ De Araujo kien Rosero li tefgħa barra minn quddiem il-lasta. Lejn it-tmiem Santa Lucia spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers wara li tkeċċa Michael Camilleri wara li rċieva żewġ karti sofor fl-istess azzjoni.

KAMPJONAT BOV PREMIER

Illum: Sirens v Birkirkara 2-4, Balzan v Santa Lucia 1-1 Għada: Centenary Stadium: Gżira U v Senglea A. 5.00pm, Sliema W v Mosta 9.00pm Il-Ħamis: Centenary Stadium: Żejtun C v Tarxien R 5.00pm, Floriana v Lija A posp.