Coronavirus Lokali Saħħa

Il-President George Vella jingħata l-vaċċin għal kontra l-COVID

Ftit tal-ħin ilu l-President tal-Malta George Vella ngħata l-vaċċin għal kontra l-COVID-19. Huwa ngħata l-ewwel doża tal-vaċċin bit-tieni doża mistennija tingħatalu tliet ġimgħat oħra.

Il-President ta’ Malta appella lill-pubbliku sabiex jieħu dan il-vaċċin għax dan huwa ta’ interess kemm għall-individwu kif ukoll għall-popolazzjoni kollha.