Tard illejla tħabbret il-mewt ta’ Colin Bell eks plejer ta’ Manchester City u t-tim nazzjonali Ingliż fl-età ta’ 74 sena wara żmien ibagħti b’marda terminali.
Bell lagħab 492 partita għal Manchester City bejn l-1966 u l-1979 fejn skorja 152 gowl. Hu lagħab ukoll 48 darba għat-tim nazzjonali Ingliż fejn skorja disa’ gowls u kien parti mill-iskwadra tat-Tazza tad-Dinja tal-1970.
Ma’ City Bell rebaħ it-titltu tal-Ewwel Diviżjoni, l-FA Cup, l-League Cup u l-European Cup Winners Cup. Fi staqrrija l-klabb ta’ Manchester City sellem il-memorja ta’ Colin Bell fejn iddiskrivewh bħala wieħed mill-aqwa plejers li qatt libes il-flokk tal-klabb.
//= $special ?>