Lokali

Jason Azzopardi jirbaħ l-ilment kontra l-PBS

L-Awtorita tax-Xandir laqgħet l-ilment li kien għamel f’Novembru li għadda id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi wara rappurtaġġ deskritt bhala wieħed skorett. Rappurtaġġ li tal-PBS “dawwruh rasu ‘l isfel”

Permezz ta’ post fuq Facebook id-deputat Nazzjonalsta qal li f’digriet ta’ 18-il paġna il-Qorti ċaħdet it-talba ta’ Yorgen Fenech biex jittieħdu passi kontra kummenti li kien ta fuq 103FM bħala l-avukat tal-familja Caruana Galizia.

U kien dwar dawn l-istess kummenti fuq programm tar-radju illi sar l-ilment minn Azzopardi mal-Awtiorita tax-Xandir.

Fid-decizjoni taghha, l-Awtorita’ tax-Xandir mhux biss iccanfar lill-PBS izda titlob lill-Kamra tal-Ahbarijiet sabiex tkun retta, halli r-rappurtaggi ta’ TVM ikunu veritieri…u ma jkunx hemm interpretazzjoni tal-fatti. Din id-decizjoni tfisser li Norma Saliba, li tmexxi l-Kamra tal-Ahbarijiet tal-PBS, instabet hatja mill-Awtorita tax-Xandir f’inqas minn 4 xhur minn mindu dahlet f’din il-kariga ta’ tmexxija.