Knisja Lokali

“Ktieb biex infakkru l-ark li kellna u l-wirt Malti”

Il-gazzetta ‘Il-Furjana’ ippubblikat ktieb dwar “L-Ark ta’ San Publju tal-Floriana”, bl-iskop ewlieni li jinġabru flus li jmorru għall-fond biex dan il-patrimonju nazzjonali jinbena mill-ġdid fil-ġmiel kollu li kellu fil-120 sena tal-eżistenza tiegħu.

Net News ħa l-kummenti ta’ Freddie Tonna, wieħed mill-edituri ta’ dan il-ktieb illi spjegalna min kien il-moħħ wara dan il-ktieb.

Apparti informazzjoni dwar numru ta’ arki oħra li kienu jintramaw u għadhom jintramaw f’pajjiżna… Tonna kellimna wkoll fuq x’informazzjoni wieħed se jsib la darba jakkwista dan il-ktieb.

Il-ktieb L-ARK ġie deskritt bħala tifkira ta’ dak kollu li jirrapreżenta l-patrimonju lokali, mhux biss dak Furjaniż, iżda wkoll patrimonju nazzjonali li bi kburija għadd ta’ Maltin u dillettanti tal-festi jgħożżu b’qalbhom.

L-Ark Trijonfali tal-festa ta’ San Publju fil-Floriana, kien ingħata n-nar fis-sigħat bikrin tas-27 ta’ April tal-2019. Biex wieħed jakkwista dan il-ktieb għandu jżur il-Knisja Arċipretali ta’ San Publju fil-Floriana.

Ritratti: Matthew Tabone, Filmati: Steve Psaila