Lokali

Miriam Dalli tfarfar fuq Robert Abela

Saqsu lilu.

Kienet din ir-reazzjoni tal-Ministru Miriam Dalli meta Net News affrontaha b’serje ta’ domandi dwar il-fatt li l-Prim Ministru għadu ma jridx jipprezenta r-returns tieghu tat-taxxa u r-returns tal-VAT. B’Miriam Dalli, viżibbilment skomda, tispiċċa tfarfar fuq Robert Abela.

“Naħseb kumment bħal dak tridu tagħmluh lill-Prim Ministru”

“Sa fejn naf jien is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu hija above board”

Bil-Prim Ministru ffaċċjat bit-talba li jippubblika r-returns tiegħu tal-VAT u tat-Taxxa ta’ qabel l-2017, il-membri tal-Kabinett tiegħu jiehdu skomdi jieħdu pożizzjoni ċara dwar dan. Kif wera ftit tal-jiem ilu l-Ministru Clayton Bartolo.

Għalkemm Bartolo kienu qalilna li l-Prim Ministru diġà tkellem dwar dan, il-verità hi li Abela s’issa għadu ma weġibx mistoqsijiet mibgħuta minn NET News, fosthom dwar jekk hux se jkun qed jippubblika r-returns tiegħu. Dan wara li nqabad li ghamel kuntatt dirett mad-Direttur tat-Taxxa biex jiccekja fuq materji ta’ Bernard Grech…qabel ma sar Kap tal-PN.

Intant wara li l-Gvern Laburista ma kienx kapaċi jikkonvinċi lill-Kummissjoni Ewropea biex jikseb 400 miljun għall-pipeline tal-gass il-Ministru responsabbli minn dan is-settur qaltilna li l-Gvern għadu qed jara l-għażliet li għandu quddiemu.

“Għad irridu naraw x’inhuma l-options kollha available biex verament inwasslu f’sitwazzjoni fejn ikollna konnetività, u vera jkollna sigurtà u nkunu qed nħarsu lejn taħlita ta’ sorsi t’enerġija differenti…”

Dan ifisser li l-Gvern 8 snin wara li ħa t-tmexxija tal-pajjiż…għadu ma jafx x’se tkun l-istrateġija għal dan is-settur tant importanti.

“Se nibqgħu nħarsu lejn l-alternattivi kollha possibbli biex immorru għal dik l-alternattiva li tagħmel l-aktar sens għal pajjiżna”

Il-proġett tal-pipeline tal-gass kellu l-intenzjoni li jgħaqqad lil pajjiżna man-network Ewropea tal-gass u bih, kull familja u negozju kien jiffranka l-flus mill-kontijiet tal-enerġija. Iżda minkejja l-impenn tal-Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi bejn l-2008 u l-2013, fl-aħħar tmien snin il-Gvernijiet ta’ Muscat u Abela jidher li m’għamlu xejn biex dan il-proġett jimxi ‘l quddiem u jsir.