Lokali

“Musical chairs” mill-Partit Laburista

Fuq NET FM is-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech tal-PN tenna li l-Partit Laburista qed jilgħab musical chairs. Dan wara li ta’ kuljum qed joħorġu aktar stejjer dwar l-Elezzjoni Każwali li se ssir bħal-lum ġimgħa fis-7 Distrett.

Din l-elezzjoni se ssir minħabba li Edward Scicluna – wara ħafna tkaxkir tas-saqajn – irriżenja minn Membru Parlamentari.

Id-differenza bejn Charles Azzopardi u l-Partit Laburista hija differenza sħiħa fuq il-valuri u l-priċipji, kif hu jħares lejn kif wieħed għandu jagħti servizz lill-poplu.

Intant dwar is-sitwazzjoni tal-impjiegi fid-dawl tal-imxija tal-Covid, is-Segretarju Ġenerali qal li fl-għajta tat-teleworking min-naħa tal-Gvern hemm diskrepanza sħiħa bejn dak li verament qed jiġri, għal dak li hemm miktub fuq il-karta jew li qed jgħidu ċertu esponenti ewlenin fit-tmexxija taċ-Ċivil.

Huwa qal li l-PN se jibqa’ jinsisti biex il-Gvern jagħti l-inċentiv ta’ remote working u teleworking.