Raġel ta’ 35 sena sofra xi ġrieħi wara li kien involut f’inċident f’kamra tan-nar.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart ta’ waranofsinhar f’kamra tan-nar fil-Qrendi.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li fil-ħin tal-inċident raġel residenti l-Kalkara sofra xi ħruq waqt li kien qed jaħdem fuq murtal.
Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.
Intant, l-Għaqda tan-Nar Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi kkonfermat li r-raġel jinsab f’qgħda ta’ saħħa tajba, filwaqt li awguratlu fejqan ta’ malajr.
