Futbol Sport

Rebħa oħra tajba għal Marsa

Chris Cassar
FGURA U. ……………..… 0

MARSA …………….……. 3

Fgura U: L. Moore, J. Stenson, J. Barbara, S. Abela, J.P. Attard, T. Grech, G. Martin, C. Gandini, J. Vella, S. Hili, N. Ojuola

Marsa: N. Vella, P. Chircop, I. Zammit, M. Micallef, J. Lima, C. Gatt Baldacchino, D. Grima, P. Teixeira Maia, L. Grech, F. Gusman, R. Coelho Confettura

Referee: Etienne Mangion

Marsa irritornaw għar-rebħ meta bl-iktar mod faċli għelbu lil Fgura f’logħba mingħajr storja.Qabel il-waqfa tal-kampjonat Marsa kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 mil-leaders Pembroke, biex Marsa raw is-serje ta’ seba’ rebħiet konsekuttiva titwaqqaf.Biex irritornaw għar-rebħa Marsa ma kellhomx wisq problemi għaliex fgura verament offrew oppożizzjoni fqira u qatt ma kien hemm dubju dwar fejn sejrin it-tliet punti.

Kif kien mistenni Marsa ddettaw il-logħob sa mill-ewwel minuta b’diversi attakki u azzjonijiet perikolużi li taw il-frott tagħhom fis-16-il minuta meta x-xutt sabiħ ta’ Leighton Grech spiċċa fix-xibka.Ftit wara freekick ta’ Jackson Lima għadda ftit għoli u fil-25 minuta xutt sabiħ bid-dawra ta’ Confettura ukoll falla l-mira bi ftit. Fit-42 minuta xutt ta’ Jackson Lima kien salvat b’diffikulta minn Moore u minuta wara Patrick Teixeira Maia rdoppja b’daqqa ta’ ras mill-viċin.

Fit-tieni taqsima Marsa naqqsu xi ftit mir-ritmu tagħhom, iżda xorta waħda baqgħu għġal kollox superjuri anki jekk l-azzjonijiet perikolużi minn naħa tagħhom naqsu sew.Minn naħa tagħhom Fgura m’għarfux japprofittaw minn nuqqas ta’ ritmu ta’ Marsa, bil-goalkeeper ta’ Marsa jkun biss spettatur.Kien hemm diversi bidliet kemm fuq naħa kif ukoll fuq oħra biex lejn tmiem il-logħba Marsa rnexxielhom jiskorjaw għal darb’oħra.Kienet azzjoni fuq ix-xellug tas-sostitut De Azavedo li qassam għan-nofs fejn daħal tajjeb Leighton Grech li mill-viċin xeħet fix-xibka għat-tieni gowl personali tiegħu.

BOV CHALLENGE LEAGUE

Illum: Mqabba v San Ġwann 1-3, Fgura U. v Marsa 0-3 Għada: Victor Tedesco Stadium: Qrendi v Swieqi U 8.00pm, Naxxar L v Pembroke A posp. Luxol Stadium: St. Andrews v Marsaxlokk 9.00pm Il-Ħamis: Victor Tedesco Stadium: St. George’s v Pietà H 5.00pm, Vittoriosa S. v Qormi 9.00pm