Lokali

Reġjun Ċentru 360 – Proġett ta’ informazzjoni dwar il-lokalitajiet

Ir-Reġjun Ċentrali jirrifletti bis-sħiħ il-wirt Malti f’kull aspett, speċjalment il-wirt Malti reliġjuż.

Infatti, f’Diċembru, ir-Reġjun Ċentru nieda sit elettroniku li permezz tiegħu wieħed jista’ jidħol isegwi l-informazzjoni dwar il-lokalitajiet rispettivi fir-reġjun, iżda mhux biss – igawdi wkoll minn tours virtwali ta’ uħud mill-knejjes li jinsabu f’dan ir-reġjun.

Dawn l-għadd ta’ tours virtwali onlajn, 15 sa issa, se jgħinu biex wieħed jifhem ahjar l-istorja…u l-fatt li l-knejjes Maltin huma mgħonija b’kultura liema bħalha.

Ir-reġjun Ċentru jikkonsisti minn 13-il lokalità, Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija, Birkirkara, il-Gżira, l-Iklin, l-Imsida, Tal-Pietà, Tas-Sliema, Santa Venera, San Ġiljan, San Ġwann u Ta’ Xbiex.

Fl-attività tat-tnedija l-President tar-Reġjun Michael Fenech Adami qal li x-xewqa tieghu hi li dan il-proġett jiżviluppa, u infatti qed jittama li proġett bħal dan iservi ta’ ispirazzjoni anki ghal reġjuni oħrajn. Wieħed jista’ jidħol isegwu dawn it-tours virtwali li se jgħinu ħafna biex dak li jkun josserva fid-dettall il-wirt storiku għani li għandhom il-knejjes tar-reġjun. Il-progett hu accessibbli fuq is-sit regjuncentru360.org