Lokali Qorti

Taljana illiberata minn akkużi ta’ fastidju sesswali fuq uliedha

Mara li kienet qed tiġi akkużata li kkorrompiet liż-żewġ uliedha ta’ 3 snin u sena u nofs… ġiet illiberata b’deċiżjoni mill-Qorti.

Il-mara kienet akkużata wkoll li ġibdet ritratti indiċenti tat-tfal. Għalkemm fl-appell il-Qorti ħassret il-kundanna ta’ tliet snin priġunerija.

Ftit tal-jiem ilu, eżatt qabel ingħatat din id-deċiżjoni, il-preżentatriċi ta’ Net TV, Lea Hogg intervistat lill-mara li kienet qed taffaċja dawn l-akkużi.

Il-każ instema’ quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti.

Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha ordnat divjet fuq l-isem tat-tfal involuti f’din l-istorja. U huwa għalhekk li mhux qed tinkixef l-identità tal-mara Taljana.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Joseph Busuttil.