Futbol Sport

Tottenham l-ewwel tim fil-finali tal-Carabao Cup

(Ritratt: EPA)

Tottenham Hostpur kwalifikaw għall-finali tal-Carabao Cup wara li fis-semifinali għelbu lit-tim taċ-Championship Brentford 2-0.

Tottenham fetħu tajjeb u kien MOUSSA SISSOKO li fetaħ l-iskor wara tnax -il minuta b’daqqa ta’ ras preċiża fuq cross ta’ Regulion. Tottenham baqgħu jikkontrollaw lill-avversarji, li kellhom gowl mħassar għall-offside kmieni fil-bidu tat-tieni taqsima. Tottenham aċċertaw minn post fil-finali fis-70 minuta meta l-pass ta’ Ndombele sab lil HEUNG-MIN SON li avvanza u spara fis-saqaf tax-xibka għal 2-0.

CARABAO CUP

Semifinali: Illum: Tottenham v Brentford 2-0 Għada: Manchester United v Manchester City 8.45pm