Kuntrarju għall-imppressjoni li qed jipprova jagħti l-Gvern ta’ Abela, numru kbir ta’ ħaddiema u negozji se jispiċċaw bis-suppliment tal-paga imnaqqas għax-xhur li ġejjin. Dan meta l-pajjiż għadu fl-eqqel tad-daqqa ekonomika li ġabet magħha l-pandemija.
Skont id-dettalji li ħabbret il-Ministru Miriam Dalli – 4 minn kull 10 intrapriżi f’pajjiżna se jsofru minn tnaqqis fil-wage suppliment.
Dawk li kellhom daqqa ta’ bejn 45% u 55% fil-bejgħ tagħhom, se jindunaw li l-wage supplement se jonqsilhom għal €640 għall-ħaddiema full-time u €400 għall-ħaddiema part-time. Dawk li sofrew tnaqqis ta’ bejn 35% u 44%, il-wage supplement se jonqsilhom għal €480 għall-ħaddiema full-time u €300 għall-ħaddiema part-time.
Intrapriżi li kellhom tnaqqis fil-bejgħ bejn 25% u 34%, il-wage supplement se jonqsilhom għal €320 għall-ħaddiema full-time u €200 għall-ħaddiema part-time. Dan filwaqt li dawk li naqsilhom il-bejgħ bejn 10% u 24% se jaraw tnaqqis fil-wage supplement għal €160 kull ħaddiema full-time u €100 għall-ħaddiema part-time.
//= $special ?>