Futbol Sport

Gżira jersqu eqreb lejn Ħamrun u Sliema fil-quċċata tal-klassifika

(Ritratt: Joe Borg - MFA)

Jordi Farrugia

GŻIRA UTD……….4

SENGLEA………….0

Gżira U: J. Haber, G. Bohrer (K. Pulo 77’), S. Borg, N. Muscat, M. Davis, N. Portelli (D. Xureb 63’), M. Maia (A. Cohen 77’), J. Mendoza (C. Borg 69’), R. Correa, S. Borg, J. De Assis (O. Elouni 63’)

Senglea A: M. Farrugia (A. Zammit 77’), S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela, I. Misan (D. Fava 70’), C. Riascos (D. Xuereb 70’), D. Abela (F. Aboulezz 55’), A. Scicluna, J. Dibola, D. Kukic (J. Tanti 46’), W. Gomes

Skorjaw: 3′ M. Maia (G), 37′ R. Correa (G), 38′ M. Jefferson (G), 65′ M. Davis – pen (G)

Imwissija: 25′ L. Riascos (S), 45′ Z. Cassar (S)

Referee: D.Portelli

Assistenti Referees: A.Camilleri, T.Debono

Gżira United kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 fuq it-tim tal-qiegħ Senglea Athletic fejn dan l-istaġun għadhom ma’ rebħux partita. Għat-tim ta’ Senglea ddebuttaw numru ta’ plejers li akkwistaw fl-ewwel jiem tas-suq tat-trasferimenti ta’ dan ix-xahar fejn daħlu bħala sostituti l-gowlkiper eks-Rabat Ajax Andrew Zammit u l-midfielder eks-San Ġwann Dion Fava. Għal Gżira kien qed jiddebutta mill-bidu nett l-eks plejer ta’ Sirens Maxuell Maia fejn saħansitra niżżel ismu fost l-iskorers. Din kienet is-seba’ rebħa dan l-istaġun għal Gżira filwaqt li għal Senglea din kienet il-ħdax –il telfa.

Gżira kienu l-aħjar tim mill-bidu u marru fil-vantaġġ fit-tieni minuta meta minn corner min fuq il lemin ta’ Correa kien MAXUELL MAIA li ħalla mpatt immedjat ma’ Gżira li għola fuq kulħadd biex tefgħa għal ġewwa. Gzira reġgħu kienu perikolużi fit-12 –il minuta meta min cross fuq ix-xellu ta’ De Assis, Nicholas Muscat ra l-volley tiegħu jgħaddi għoli. Gzira jirduppjaw fis-36 minuta permezz ta’ xutt mill-isbaħ mid-distanza tal-Urugwajan RICARDO CORREA. Inqas minn minuta wara Gzira għamluhom tlieta’ meta min pass fuq il-lemin ta’ Martin Davis kien JEFFERSON DE ASSIS li xeħet wara Farrugia għal 3-0. Fit-tieni taqsima, Gżira komplew fejn ħallew u kien fil-65 minuta li għamluhom 4-0 premezz ta’ peanlty ta’ MARTIN DAVIS, wara li s-sostitut Omar Eloni kien mwaqqa’ fil-kaxxa bir-referee Daniel Portelli jordna penalty favur Gżira. Lejn it-tmiem Senglea kellhom ċans tajjeb li jiskorja l-gowl ta’ konsolazzjoni meta x-xutt ta’ Wilkerson Gomes kien mdawwar f’corner b’mod tajjeb minn Justin Haber. B’hekk b’din ir-rebħa Gżira United telgħu b’25 punt fir-raba’ post tal-klassifika u resqu eqreb taż-żewġ timijiet li jinsabu fl-ewwel post Ħamrun Spartans u Sliema Wanderers.

Ikkummenta