Edukazzjoni Lokali

Il-Gvern ma jiċħadx li ngħata parir ma jiftaħx l-iskejjel

Wara li aktar kmieni llum il-Union tal-Għalliema, l-MUT qalet li għandha informazzjoni li l-Gvern ingħata pariri mill-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex ma jiftaħx l-iskejjel għada, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne evita li jiċħad li ngħata dan il-parir.

Net News staqsa direttament lill-Ministru tas-Saħħa jekk jiċħadx li kellu dawn il-pariri, imma għal darba darbtejn naqas li jwieġeb u dawwar ħarstu fuq il-Professur Gauci li minn naħa tagħha lanqas hi ma ċaħdet li ngħataw dawn il-pariri, anzi qalet li ngħatat allerta fuq l-edukazzjoni.

Għadd ta’ skejjel privati għażlu li jibdew it-tieni term tal-iskola online għall-ewwel ġimgħatejn biex jipproteġu lill-istudenti u l-ħaddiema tal-iskejjel kif ukoll lill-familji tagħhom.

L-MUT mistennija tagħt direttivi lill-għalliema aktar tard illum jekk il-Gvern jibqa’ ma jieħux azzjoni.