Il-Gvern qiegħed jinjora l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-ftuħ tal-iskejjel.
Hekk sostniet l-Unjin tal-Għalliema, MUT, fejn spjegat li ġiet infurmata li l-awtoritajiet tas-saħħa taw parir lill-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex l-iskejjel ma jinfetħux.
Dan kollu qiegħed isir fid-dawl ta’ żieda qawwija ta’ każijiet pożittivi proġettati li pajjiżna ser jesperjenza fil-ġranet li ġejjin. Din l-informazzjoni, li waslet lill-MUT f’dawn is-sigħat, ġiet ikkonfermata minn numru ta’ sorsi differenti.
Jidher, iżda, li l-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jinjora dan il-parir u għaldaqstant l-MUT spjegat li tħoss li għandha tipproteġi lill-edukaturi u lill-istudenti.
Għaldaqstant, l-MUT qed tagħmel talba formali sabiex il-gvern jimxi mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa. Jekk dan mhux ser iseħħ, il-union ma jibqgħalhiex triq oħra ħlief li b’responsabbiltà kbira tagħti struzzjonijiet lill-membri aktar tard illum.
Tirreaġixxi s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika
Dwar din il-kontroversja, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne wieġeb biss billi qal li “il-prijorità hi s-saħħa tan-nies”…mingħajr ma wieġeb domandi diretti tal-ġurnalisti.
Il-Professur Charmaine Gauci minn naħa tagħha qalet biss li sa issa morna tajjeb ħafna bl-iskejjel miftuħin. “L-appell hu lill-ġenituri biex tfal b’sintomi ma jmorrux l-iskola”.
Fl-istess waqt hi qalet li wassalet “allert lill-Ministeru tal-Edukazzjoni.”
//= $special ?>