Coronavirus Lokali Saħħa

L-Ewropa tapprova l-użu tal-vaċċin tal-Moderna

Malta se tkun qed tieħu 100,000 doża mingħand din il-kumpanija

Illum l-UE awtorizzat l-użu tat-tilqima li produċiet il-kumpanija Moderna. Dan wara li l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tat il-konferma tagħha għall-użu ta’ dan il-vaċċin madwar l-Ewropa kollha.

Il-Ministru Chris Fearne illum ikkonferma li fl-ewwel ġimgħa tas-sena ingħataw biss 1,400 doża tat-tilqima Pfizer. Għalkemm qal li sal-aħħar ta’ Mejju jkunu tlaqqmu l-frontliners, in-nies vulnerabbli u dawk fi djar tal-anzjani.

Il-Ministru tas-Saħħa qal ukoll li s-sitwazzjoni ta’ herd immunity se tintlaħaq sas-Sajf. U l-popolazzjoni kollha se tieħu sa l-aħħar tas-sena biex titlaqqam.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.