Coronavirus Edukazzjoni Lokali

AĠĠORNATA: “L-iskejjel xorta se jiftħu” – il-Ministru tal-Edukazzjoni

Aktar messaġġi konflinġenti minn naħa tal-Gvern, bil-Ministru tal-Edukazzjoni tgħid illi l-iskejjel lesti biex għada jilqgħu lit-tfal. Dan qalitu f’kummenti li tat illejla lill-PBS.

“L-iskejjel għada se jiftħu”, qalet Justyne Caruana.

Il-Ministru fl-ebda ħin ma spjegat kif se jaħdmu l-iskejjel bla għalliema. Lanqas ma tat dettalji dwar min se jkun qed jieħu ħsieb it-tfal fil-ħin tal-lezzjonijiet.

F’dawn il-jumejn l-għalliema kollha se jkunu fuq strajk minħabba ż-żieda fil-każi ta’ Covid-19 f’pajjiżna.

Jidħol fix-xena Jason Micallef

Intant, fl-aħħar minuti, iċ-Chairperson tas-Super One Jason Micallef appella lill-għalliema biex għada jidħlu għax-xogħol.

Jason Micallef għażel li – fuq stil tipiku tal-Partit Laburista – jattakka lill-MUT u jsejjħilhom “irresponsabbli”.

Micallef qal li din tal-istrajk kienet mossa orkestrata, intiża biex tfixkel.