L-iskejjel tal-Knisja se jkunu qed jibdew it-tieni term tas-sena online.
Dan fl-isfond ta’ numri elevati ta’ każi ġodda ta’ Covid-19 wara li llum pajjiżna rreġistra 224 każ ġdid ieħor.
Intant sa issa l-Gvern għadu determinat li jiftaħ l-iskejjel tal-istat b’mod regolari għada. Dan minkejja li skont l-MUT il-Gvern ingħata pariri mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex ma jiftaħx l-iskejjel fiżikament.
L-MUT mistennija toħroġ direttivi lill-membri tagħha fil-ħin li ġej b’rabta ma’ dan.
L-iskejjel tal-Knisja se jaħdmu online sa nhar il-Ġimgħa u jekk il-każijiiet jibqgħu għoljin, jistgħu jestendu t-tagħlim l-online tal-anqas sa nhar l-Erbgħa li ġej.
//= $special ?>