Coronavirus Edukazzjoni Lokali

L-MUT tħabbar strike ta’ jumejn għall-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat

Il-Prim Ministru ma jaċċettax li l-iskejjel tal-Istat imorru għal tagħlim online

L-Unjin tal-Għalliema ħabbret strike għall-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat għal jumejn li ġejjin.

Dan tħabbar mill-President tal-MUT Marco Bonnici quddiem il-Berġa ta’ Kastilja wara li r-rappreżentanti tal-union kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela wara ż-żieda qawwija fil-każi ġodda ta’ Covid-19.

Marco Bonnici insista li fid-dawl ta’ dan kollu l-MUT qed tinsisti sabiex l-iskejjel għada ma jiftħux fiżikament wara l-vaganzi tal-Milied bil-għan saħħet l-edukaturi u l-istudenti tiġi salvagwardata.

Madanakollu jidher li Abela baqa’ stinat, u ma aċċettax li għal dawn il-jumejn l-iskejjel tal-Gvern jaħdmu fuq bażi online…minkejja l-appelli ċari tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Aktar kmieni tul il-jum tal-Erbgħa, il-Kurja ħabbret li l-iskejjel tal-Knisja ser ikunu qed jaħdmu fuq bażi online għal jumejn li ġejjin u ser jiddeċiedu x’ser ikun qed isir il-ġimgħa d-dieħla tul tmiem il-ġimgħa.