Lokali

FILMAT: Tingħata l-aħħar tislima lil Rebecca Zammit Lupi

Kmieni dalgħodu f’San Ġiljan ingħatat l-aħħar tislima lit-tfajla Rebecca Zammit Lupi, li fl-aħħar xhur kienet qed tissielet kontra marda terminali.

Fl-ewwel ftit kliem li lissen Fr Brandon Gatt qabel bdiet il-quddiesa, fakkar lil dawk li kienu preżenti u lil ħafna aktar li segwew il-quddies online, li issa Becs qed tiżfen fl-eternità bogħod mit-tbatija li sofriet fl-aħħar xhur.

Segwi hawn.

Fl-omelija tiegħu Mons Charles Scicluna fakkar li l-isem Rebecca jfisser persuna ta’ ġmiel li jsaħħrek u qal li t-tfajla verament ippersonifikat dan l-isem.

Hu qal li l-Ħallieq qed jgħannaq lil Rebecca fi stat ta’ żgħożija eterna li ma jafx mewt tbatija jew dmugħ, u li għalkemm bħalissa qed ngħixu dan il-mument ta’ firda, il-fidi tagħhna tissarraf f’talb li l-Mulej ibiddel il-fidi fqira tagħna f’waħda aktar b’saħħitha.

Monsinjur Sciluna qal li fl-aħħar tal-ħajjitha… fis-serenità tal-aħħar mumenti tagħha…Rebecca setgħet tuża l-istess kliem ta’ San Pawl lil Timotju  “iġġelidt din il-ġlieda sa l-aħħar…temmejt it-tellieqa…. u żammejt il-fidi tiegħi”