Futbol Sport

Manchester City fil-finali kontra Tottenham wara li għelbu lil Manchester United

(Ritratt: EPA)

Manchester City għaddew għal finali tal-Carabao Cup, wara li eliminaw lil Manchester United fid-derby f’rebħa ta’ 2-0 ġewwa Old Trafford. Dan ifisser li Manchester City se jaffaċjaw lil Tottenham fil-finali fil-25 ta’ April. Il-Blues marru viċin tal-gowl wara 13-il minuta meta xutt ta’ Kevin De Bruyne ħabat mal-lasta. Huma fetħu l-iskor permezz ta’ free kick ta’ Philip Foden li bil-kross tiegħu sab lil JOHN STONES li minn pożizzjoni ideali ma falliex. It-tim ta’ Pep Guardiola kkonferma post fil-finali minn gowl ta’ FERNANDINHO permezz ta’ volley mill-isbaħ.