Milan ħadu l-ewwel telfa tal-istaġun kontra Juventus wara li sfaw megħluba 3-1. Juventus marru viċin tal-gowl fis-16-il minuta meta xutt b’saħħtu ta’ Federico Chiesa ħabata mal-lasta, iżda żewġ minuti wara, l-istess CHIESA fetaħ l-iskor wara li pass bit-takkuna ta’ Paulo Dybala, kkonkluda tajjeb fix-xibka. Milan irrispondew fil-41 minuta meta pass minn pass ta’ Rafael Leao, DAVIDE CALABRIA xeħet xutt fil-kantuniera tax-xibka. Juventus reġgħaw marru fil-vantaġġ permezz ta’ konkluzzjoni minn barra l-kaxxa ta’ CHIESA. Juventus ikkonfermaw mit-tliet punti minn gowl ta’ WESTON MCKENNIE minn azzjoni ta’ Dejan Kulusevski.
Iktar kmieni illum, sorpriża kbira għal Napoli li sfaw megħluba 2-1 minn rimonta ta’ Spezia minkejja li kienu bi plejer inqas. ANDREA PETAGNA fetaħ l-iskor fit-58 minuta wara li Giovanni Di Lorenzo tefa’ pass tajjeb filkaxxa. Risposta għaxar minuti wara mingħand Spezia wara li rebħu penalty, fejn M’BALA NZOLA nkwadra tajjeb. Fis-77 minuta, Ardian Ismajli ta’ Spezia ntwera t-tieni karta safra. Minkejja li bi plejer inqas, Spezia rnexxielhom jiskorjaw il-gowl tar-rebħa permezz tas-sostitut TOMMASO POBEGA wara li Nzola laqat il-lasta bil-ballun spiċċa għand Pobega fejn ma żbaljax.
//= $special ?>