Omm li ħadet ritratti tar-raġel tagħha bla ħwejjeġ fil-preżenza tat-tfal tagħhom li wkoll kienu nudi u dan bl-intenzjoni li tużahom fi proċeduri ta’ separazzjoni ffrankat sentenza ta’ tliet snin ħabs mill-Qorti tal-Appell.
Il-mara kienet instabet ħatja fl-2019 li pproduċiet stampi indiċenti taż-żewġt itfal minorenni tal-koppja, wieħed ta’ tliet snin u ieħor ta’ sena u nofs. Hija kienet ukoll meħlusa minn akkużi ta’ korruzzjoni ta’ minorenni.
L-istampi, b’kollox ’il fuq minn 70, urew lir-raġel tagħha għarwien fid-doċċa, fis-sodda jew saħansitra jaqra ktieb waqt li kien fil-preżenza tat-tfal li xi drabi kienu wkoll bla ħwejjep, u li kultant imissu l-partijiet privati tar-raġel.
Is-sitwazzjoni ġewwa d-dar tal-koppja ħarġet fil-beraħ wara li l-mara bdiet xogħol ma’ soċjetà għall-appoġġ tat-tfal u fetħet qalbha għall-kollegi tagħha, u qaltilhom li kienet inkwetata dwar id-drawwiet nudisti ta’ żewġha li baqgħu jippersistu anke meta t-tfal kienu maġenbu.
Hija kienet esprimiet l-intenzjoni li tippreżenta separazzjoni personali, u qalet li żewġha kien vjolenti magħha, u kien isir nervuż kull meta tgħidlu li kienet għajjiena, wara t-twelid tal-ewwel tarbija tagħhom.
Meta r-relazzjoni ħadet xejra negattiva wara t-twelid tat-tieni tarbija tagħhom, il-mara kienet bdiet tieħu r-ritratti, u qalet lil żewġha li ma kinitx tinkludih fir-ritratti, imma kienet qed tiffoka biss fuq it-tfal.
Fil-fatt, dak li kienet tagħmel kien li tiġbor evidenza bit-tama li tħaffef il-proċeduri ta’ separazzjoni u tiżgura l-kustodja legali tagħha tat-tfal. Il-mara qasmet l-inkwiet u l-pjanijiet tagħha mal-kollegi tagħha u l-pedjatra tal-familja.
Ftit wara, il-kwistjoni ġiet indirizzata lill-aġenzija tal-welfare Agenzija Appoġġ u lill-Pulizija, li ressqu akkużi kriminali kemm kontra r-raġel kif ukoll il-mara, bil-proċeduri jiġu ttrattati separatament.
L-omm appellat il-kundanna tagħha, u argumentat li r-ritratti ma jistgħux jitqiesu indiċenti f’termini ta’ liġi u li hija m’għandhiex intenzjoni kriminali.
Il-Qorti tal-Appell kriminali preseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti tefgħet il-barra l-argument tal-Ewwel Qorti.
Qal li għalkemm“ indiċenti ”kienet soġġetta għal interpretazzjoni, huwa minnu li kienet korretta meta kkonkludiet li l-immaġini mikxufa ta’ it-tfal li jmissu lil missierhom kienu pornografiċi u għalhekk indiċenti.
Madankollu wara li qies fit-tul fuq “din il-kwistjoni diffiċli ħafna,” l-Imħallef Grixti osserva li l-mara ma jidhirx li kellha xi intenzjoni ulterjuri jew li użat ir-ritratti għal xi pjaċir sesswali jew biex tissodisfa l-kurżità ta’ xi ħadd, iżda l-intenzjonijiet tagħha li tużahom bħala evidenza kontra żewġha u biex tagħti stampa ċara fuq il-każ.
Analiżi mill-espert tal-qorti tat-telefon tal-mara u ta’ apparat ieħor jindika li ma kien hemm l-ebda intenzjoni li taqsam jew tippubblika dawk ir-ritratti. Fil-fatt, hija kienet ippruvat tipproduċi tliet kopji tar-ritratti, wieħed għall-Avukat tagħha, lill-Pulizija u kopja għall-Qorti.
Għalkemm dawk ir-ritratti “huma dak li huma,” l-evidenza mressqa ma setgħetx twassal għal xi “dubju moħbi” qawwi ħafna dwar l-intenzjoni kriminali tal-akkużata, qalet il-Qorti.
Il-Qorti iżda qalet li ma setgħetx tifhem kif “omm tista’ tittollera sitwazzjoni bħal din u minflok tieħu l-passi meħtieġa immedjati, għażlet li tieħu diversi ritratti ta’ wliedha bħala soġġetti għal livell inspjegabbli ta ‘indiċenza.”
Minkejja dan, il-fatt li l-akkużata kienet uriet ir-ritratti lill-kollegi u lit-tabib tagħha u kienet ħadet riskju sfaċċat billi stampathom f’laboratorju tar-ritratti minflok ma użaw printer tad-dar, wera li, fuq livell ta’ probabbiltà, hija ma kellhiex l-intenzjoni kriminali.
Il-P_rosekuzzjoni ma kinitx eliminat dan id-dubju serju, li b’hekk qaleb il-miżien favur l-appellanta li kienet illiberata. Il-Qorti pprojbixxiet il-pubblikazzjoni ta l-ismijiet kollha u kull ħaġa li tista’ twassal għall-identità tat-tfal.
Neħħiet ukoll l-ordni li tipprojbixxi lill-omm milli teżerċita professjoni li tinvolvi kuntatt dirett ma’ minuri, filwaqt li ordnat li l-evidenza materjali tiġi ssiġillata taħt il-kustodja tal-Qorti. Il-mottiv wara dawn l-istampi kien irrilevanti, qalet il-qorti.
Fir-rigward tat-tieni argument, il-Prosekuzzjoni kellha bżonn tipprova l-intenzjoni kriminali li, f’dan il-każ, kellha turi li r-ritratti ġew prodotti għall-iskop ta’ tqanqil sesswali.
Dik l-intenzjoni kellha tittieħed f’kuntest u fis-sentenza tagħha l-Qorti rriproduċiet siltiet itwal ta’ xhieda milli kellha l-ewwel Qorti, għall-iskop li tipprovdi “stampa sħiħa” tal-każ. L-Avukati Alfred Abela u Renè Darmanin assistew lil mara.
//= $special ?>