Is-Supretendent tal-Pulizija Maurice Curmi ġie sospiż mill-Korp wara li ttestja pożittiv għad-droga kokaina.
Dan huwa li qed jiġi rrapportat fil-ġurnali lokali wara li allegatament Curmi ġie sottopost għal test tad-droga aktar kmieni din il-ġimgħa hekk kif qed jiġi allegat li xi ħadd irrapporta li s-Supretendent għamel użu mid-droga waqt il-festi tal-Milied.
Preżentament l-uffiċjal għoli tal-Pulizija jinsab sospiż u mistenni jidher quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku sabiex jiġi deċiż jekk għandux jitkeċċa mill-Korp.
//= $special ?>