Inter sfaw megħluba 2-1 kontra Sampdoria, biex tilfu l-opportunità li jitilgħu fl-ewwel post tas-Serie A. Alexis Sanchez falla penalty fil-11-il minuta. Sampdoria rebħu penalty ukoll fit-23 minuta, bl-ex plejer ta’ Inter ANTONIO CANDREVA ma falliex. Ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, BALDE KEITA, ex-plejer ieħor ta’ Inter għamilhom tnejn. Inter kisbu xi ftit tama għal rimonta minn daqqa ta’ ras ta’ STEFAN DE VRIJ fil-65 minuta, iżda ma kienx biżżejjed biex jikbsu d-draw. Dan ifisser li llejla Milan għandhom l-opportunità li jsaħħu posthom fil-quċċata, iżda mhux se tkun partita faċli kontra Juventus.
Roma kisbu rebħa komda ta’ 3-1 kontra Crotone, fejn doppjetta ta’ BORJA MAYORAL u penalty ta’ HENRIK MKHITARYAN poġġiethom minn fuq fl-ewwel taqsima. VLADIMIR GOLEMIC skorja l-unika gowl għal Crotone.
Lazio kellhom partita missielta kontra Fiorentina, bir-riżultat finali jkun dak ta’ 2-1. FELIPE CAICEDO fetaħ l-iskor għal Lazio wara ħames minuti biss, u CIRO IMMOBILE rdoppja fil-75 minuta. DUSAN VLAHOVIC naqqas id-distakk mill-11-il metru.
Atalanta kisbu rebħa kbira ta’ 3-0 kontra Parma, b’gowls skorjati minn LUIS MURIEL, DUVAN ZAPATA, u ROBIN GOSENS.
//= $special ?>