Futbol Sport

Sliema jitilfu ċ-ċans li jitilgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika

(Ritratt: Domenic Aquilina - MFA)

SLIEMA…….1

MOSTA…..…3

Sliema: J. Galea, K. Shaw, A. Milesi (70’ N. Denilson), J. Mintoff (61’ R. Kakinuma), G. Da Silva (70’ R. Kisil), J. Cisotti, E. Aguis (61’ D. Vukovic), G. Aquilina, O. Linton, J.P. Farrugia, M. Beerman

Mosta: H: Mafoumbi, D.Debono, C. Ememe, J. Bezzina, D. Bonnici, T. Farrugia, M. Muchardi (79’ G. Sciberras), R. Morisco, Z. Brincat (88’ L. Portelli), B. Kaljevic (79’ G. Sciberras), K. Tulimieri (92’ N. Aguis)

Imwissija: 24’ M. Muchardi (M), 34’ B. Kaljevic (M), 34’ O. Linton (S), 45’ A. Aguis (S), 63’ J. Grech (S), 86’ H. Mafoubi (M)

Skorjaw: 48’ C. Ememe (M), 64’ B. Kaljevic – pen (M), 67’ Z. Brincat (M), 85’ J.P. Farrugia (S)

Referee: E. Grech

Assistenti Referees: L. Portelli, J. Spiteri

Sliema tilfu opportunità tad-deheb li jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika peress li l-partita ta’ Ħamrun ġiet posposta, iżda sfaw megħluba 3-1 kontra Mosta. Din fissret id-disa’ partita għal Mosta mingħajr telfa, fejn issa telgħu fir-raba’ post tal-klassifika, u qed ipoġġu isimhom bħala tim li kapaċi jiġġieled għat-titlu.

Il-gowls waslu kollha fit-tieni taqsima, fejn Mosta fetħu l-iskor wara biss tliet minuti mill-ftuħ minn gowl ta’ EMEME. Mosta rebħu penalty fl-64 minuta, b’KALJEVIC ma jiżbaljax mill-11-il metru. Tliet minuti wara, u Mosta komplew ikabbru d-distakk b’konkluzzjoni ta’ BRINCAT. Sliema ngħataw penalty fil-85 minuta, fejn FARRUGIA ma falliex.