Lokali

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur f’Għawdex

Żewġ żgħażagħ, it-tnejn mix-Xewkija kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija.

Il-każ seħħ it-Tlieta tard waranofsinhar fi Triq tas-Salvatur wara li għal xi raġuni żagħżugħ ta’ 17-il sena tilef il-kontroll tal-mutur, passiġġier miegħu kien hemm żagħżugħ ieħor ta’ 17-il sena.

Fil-post ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittmi l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard is-sewwieq ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief, filwaqt li l-passiġġier sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.