Coronavirus Lokali Saħħa

164 każ ġdid ta’ Covid-19

Il-Covid reġa’ ħasad ħajja ta’ raġel ieħor, hekk kif issa l-vittmi tal-imxija telgħu għal 228. Il-vittma kellu 74 sena u kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Diċembru. Hu miet aktar kmieni l-Ħamis fl-Isptar Mater Dei.  

Intant il-każijiet attivi f’pajjiżna komplew jiżdiedu hekk kif fl-aħħar sigħat kellna 164 każ ġdid tal-Coronavirus, biex issa l-każijiet attivi kważi jlaħqu l-elfejn, bit-total huwa dak ta’ 1,935.

Fl-aħħar sigħat fiequ mill-Covid 73 persuna, biex issa t-total ta’ persuni li fiequ huwa dak ta’ 11,613 u t-total ta’ każijiet minn Marzu ‘l hawn huwa dak ta’ 13,776.

Intant mill-każijiet li kellna l-Erbgħa, 54 każ kienu minn każijiet ta’ qraba diġà magħrufa, 24 li ttieħdu minn fuq il-post tax-xogħol, 10 każijie li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, u 11-il każ minn attivitajiet soċjali. Dan ifisser li 95 każ kienu kollha sporadiċi.