Internazzjonali

Erba’ persuni jitilfu ħajjithom wara l-protesti f’Washington

Minn tal-anqas erba’ persuni tilfu ħajjthom f’Washington wara dimostrazzjonijiet kbar li seħħ fil-Kapitali tal-Istati Uniti.

Jidher li mara tilfet ħajjitha waqt li d-dimostranti kienu qed jisparaw lejn l-uffiċjali tas-sigurtà, u nqabdet f’nofs it-tiri tal-armi tan-nar.

It-tliet persuni l-oħra s’issa għadu mhux magħruf kif tilfu ħajjithom.

Sa issa huma ftit aktar minn 50 persuna li sfaw arrestati waqt dawn il-protesti, dan hekk kif id-dimostranti daħlu fl-ewwel sular tas-Senat, u provaw jidħlu aktar il-ġewwa, fil-House of Chamber.

Dan kollu seħħ waqt li l-membri tal-Kungress kienu qed jikkonfermaw lil Joe Biden bħala l-President elett tal-Istati Uniti wara l-elezzjonijiet ta’ Novembru

L-irvellijiet kienu mmexxija minn sostenituri tal-eks President Amerikan Donald Trump u sarrfu wkoll f’attakk fuq il-Capitol.

Supporters of President Donald Trump climb the west wall of the the U.S. Capitol on Wednesday, Jan. 6, 2021, in Washington. (AP Photo/Jose Luis Magana)