Edukazzjoni Lokali

96.5% tal-edukaturi mxew mad-direttivi

Il-Unjoni tal-Edukaturi Professjonisti (UPE) fi stqarrija qalet li għandha informazzjoni f’idejha li tikkonferma li 96.5% tal-edukaturi żammew mal-istrike u dalgħodu ma daħlux għax-xogħol.

L-istqarrija qalet li numru ta’ skejjel kellhom biss sa massimu ta’ 9 edukaturi li daħlu għax-xogħol. Dan filwaqt li numru ta’ skejjel oħrajn baqgħu bil-bibien magħluqa.

Il-UPE irringrazzjaw lill-membri tagħhom talli ssieħbu fl-istrike filwaqt li saħqu li għadhom qed jistennew lill-Gvern biex joħroġ b’xi forma ta’ komunikazzjoni u b’hekk jibda diskussjonijiet dwar it-triq ‘il quddiem.