Sport Sport Ieħor

Dikkjarat stat ta’ emerġenza f’ Tokjo…ftit xhur qabel l-Olimpjadi

Fl-eqqel tat-tħejjijiet għall-Olimpjadi tas-sajf li ġej li se jsiru f’Tokjo, il-Ġappun iddikkjara stat ta’ emerġenza għal xahar f’Tokjo u l-ibliet tal-madwar wara żieda qawwija fil-każijiet tal-coronvirus.

Il-Prim Ministru tal-Ġappun Yoshihide Suga qal li s-sitwazzjoni hija waħda allarmanti mal-pajjiż kollu u b’hekk kien hemm bżon li tittieħed din l-azzjoni. Dan wara sitt xhur biss mill-posponiment tal-Olimpjadi li kellhom isiru fis-sajf li għadda b’deċiżjoni jekk isirux din is-sena mistennija tittieħed fi żmien il-ħarifa.

Fl-aħħar jiem bħal bosta pajjiżi madwar id-dinja, il-Ġappun ra żieda qawwija fil-każijiet tal-coronavirus liema każjijiet huma prinċiparjamet attribwiti għall-varjant il-ġdid li huwa aktar faċli biex jittieħed.

Fil-jiem li għaddew l-istess Suga kien sejjaħ lill-gvernijiet madwar id-dinja biex l-atleti li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi jingħataw prijorità u jkunu minn tal-ewwel li jieħdu l-vaċċin.